Fil-Qorti nstemgħa kif garaxx fi Triq Mejjilla f’Ħal Qormi, allegament inbidel f’bejta ta’ drogi. Renald Baldacchino ta’ tmienja u tletin sena wieġeb mhux ħati għall-akkużi li ttraffika droga kokaina u eroina u li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar mhux liċenzjata.
Huwa kien wieħed mid-disà persuni arrestati s-Sibt mill-Pulizija waqt rejd li sar f’garaxx wara ġimgħat ta’ osservazzjoni.
Il-Qorti semgħet kif il-garaxx inbidel f’appartament li fih kienu qed jinġabru persuni biex jixtru u jabbużaw mid-droga.
L-ispettur Frank Tabone spjega li sitt persuni mill-għaxra arrestati kienu fuq police bail waqt li kienu għaddejjien l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ. Bit-talba ta’ Baldacchino biex jingħata l-bail ġiet miċħuda mill-Maġistrat Charmaine Galea.