“Garanzija” – kienet din il-kelma li użat biex tiddeskrivi l-Manifest Elettorali preżentat għall-approvazzjoni llum, is-Segretarja tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista Lydia Abela.
Qalet li dak li wettaq il-Partit huwa garanzija tat-twettiq tal-manifest elettorali. Huwa manifest elettorali li l-Partit Laburista kburi bih. Manifest li qed jingħata bil-garanzija, għax Joseph Muscat żamm kelmtu.
Dak li wiegħed, wettqu, jiġifieri 90% tal-manifest elettorali preżentat erba’ snin ilu. Il-garanzija u l-fiduċja għalhekk jiżżewġu, spjegat Lydia Abela. Hija kampanja pożittiva, ibbażata fuq l-għaqda u viżjoni għal livell tal-għixien tajjeb. L-għażla ta’ ħmisatx oħra huwa fejn il-garanzija ta’ Joseph Muscat u l-prodott falz ta’ Joseph Muscat. Bejn min verament għandu l-proposti bbażati fuq prinċipji u min le.
Simon Busuttil malajr malajr ħażżeż manifest nofsu msajjar. Mingħajr pjan u starteġija, u bil-politika tal-irkant. Inline image 1 Huma wegħdi fattibbli, costed, repsonsabbli u bbażati fuq erba’ prinċipji li jagħmlu l-Partit Laburista dak li hu; il-mobiltà soċjali, il-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u l-għaqda.
Il-PN ppreżenta proposti li jistgħu jinstemgħu simili, imma l-PL jemmen u jwettaq dak li jgħid. Hemm bżonn li filwaqt li wieħed jiffoka fuq dak li sar, fuq suġġetti bħall-faqar, il-ħsieb ikun fuq dak li fadal x’jitwettaq, u l-manifest elettorali jaħseb f’dan. Abela semmiet il-viżjoni li għandu l-Partit Laburista f’kull qasam.
“Dak li ngħidu nafu li se nwettquh, u li nistgħu inwettquh” qalet is-Segretarju tal-Eżekuttiv. L-għażla ħmistax oħra hija bejn Simon Busuttil, b’garanzija ta’ firda u mibegħda, jew Joseph Muscat, b’garanzija li jaħdem bla waqfien li jagħmel Malta l-għira tad-dinja.