Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar kif il-viżjoni tal-gvern fis-settur tas-saħħa hi li l-pajjiż ikollu infrastruttura world class. Dan b’investiment, bl-involviment tal-privat li se jkun jista’ jsir ferm qabel kieku l-gvern għamel l-investiment waħdu.
“L-ammont ta’ investiment li se jsir f’sentejn- tlieta, kieku ngħamluh aħna rridu ħmistax jew għoxrin sena minħabba r-regoli tal-Unjoni Ewropea,” qal il-Prim Ministru li fisser kif min ikollu bżonn is-servizz jippretendi bidliet f’iqsar żmien. “Min hu marid illum għalxejn tgħidlu għaxar snin oħra se jkollna din il-faċilità. Qed naqtgħu għal kollox iż-żmien biex ikollna infrastruttura world class,” qal il-Prim Ministru li rrefera għal ftuħ mill-ġdid ta’ St Lukes, l-investiment fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex u tisbiħ f’Karin Grech.
Dan filwaqt li l-Gvern għaddej bil-pjanijiet biex jiftaħ ukoll faċilità għas-saħħa mentali, fl-istess ħin li qed jagħmel it-tisbieħ f’Mount Carmel. Il-Prim Ministru tkellem dwar kif il-pjan tal-gvern se jigarantixxi żewġ affarijiet. “L-impjieg u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema se jibqgħu kif inhuma llum u li s-servizz tas-saħħa se jibqa’ b’xejn u jkun iktar sostenibbli,” qal Joseph Muscat.
Fisser li filwaqt li qed nagħmlu dan, noħolqu suq fejn barranin jiġu Malta biex jitgħallmu u jieħdu l-kura. “Fejn illum il-ġurnata l-Maltin isiefru l-Ingilterra, issa se nkunu f’sitwazzjoni fejn il-barranin jiġu Malta. Dik hija d-differenza,” qal Joseph Muscat.
Il-Prim Ministru tkellem dwar it-taħdidiet mal-MAM u qal li ried jagħmel dan bi prudenza. “Ngħid jekk hemm kwistjoni ta’ klarifikazzjoni persważ li nifhmu lil xulxin aħjar. persważ li naslu. Kif għidna fi stqarrija l-bieraħ dak li qed titlob il-MAM iwassal biex it-transfer bejn il-VGH u Steward, l-ikbar kumpanija fl-Amerka ma jseħħx. Kif qed nifmuha aħna t-talba tal-MAM twassal biex it-tmexxija tal-isptarijiet tkun ma’ kumpanija iktar milli ma’ kumpanija oħra. Illum jien nemmen li ladarba li se ssir diskussjoni għada u nieħu pjaċir li se niddiskutu għada qabel l-azzjonijiet. Nemmen li għandna nagħtu l-ispazju kollu qabel isir id-djalogu,” qal Joseph Muscat Joseph Muscat kien qed jieħu sehem f’sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba bit-tema #ASKJM fejn mhux biss wieġeb id-domandi tal-udjenza, iżda wkoll ta’ dawk li għamlu n-nies fuq il-midja soċjali.
Mitlub jikkummenta dwar is-suċċessi ta’ din il-ġimgħa fil-qasam tat-turiżmu u l-ekonomija l-Prim Ministru qal li “mhux niċċelebraw kemm sejrin tajjeb. Imma nuru kemm se mmorru aħjar.” Hawn irrefera għall-fatt kif l-impjiegi kollha tal-ħaddiema tal-Arrow Pharm kienu salvati u tkellem dwar il-bżonn li noħolqu iktar xogħol. Temi oħra li ddiskuta l-Prim Ministru kienu jinkludu l-VOT 16 u l-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta. Għal darb oħra Joseph Muscat tkellem dwar il-impenn tal-gvern tiegħu li l-pensjonijiet jibqgħu j iżdiedu u kkonferma l-aħbar li kumpanija ewlenija qed tħares lejn Malta bħala lok fejn tiftaħ għall-produzzjoni tal-kannabis għal skop mediċinali.