Raġel li xogħolu huwa li jgħin fil-preservazzjoni tal-wirt kulturali tal-Ġappun aċċidentalment saq il-karozza tiegħu għal fuq l-eqdem latrina tal-pajjiż, f’tempju Buddist li għandu sekli twal fuqu.
Il-latrini komunali f’Tofukuji f’Kjoto jmorru lura għas-seklu 15 u huma wirt kulturali importanti.
Il-bieb antik tal-latrini spiċċa fix-xejn wara li l-impjegat laqat il-gass mingħajr ma nduna waqt li l-karozza kienet sejra lura.
Ħadd ma weġġa’ u t-toilets attwali ta’ ġewwa baqgħu intatti.
Ir-raġel, li jaħdem fil-Kyoto Heritage Preservation sejjaħ lill-Pulizija ftit wara l-ħabta, u qalilhom li kien ħabat fit-tempju. Huwa qal li kien qed iżur it-tempju fuq xogħol. Ritratt f’gazzetta lokali wera l-ħsara li kkaġunat il-karozza.
Il-latrini komunali ma jintużawx, u huma magħrufa bħala tōsu. Inbnew fl-ewwel nofs tal-perjodu Muromachi (1336-1573) u jinsabu ġewwa t-tempju Tofukuji.
Il-post hu mlaqqam bħala “hyakusecchin”, li jfisser “latrina ta’ 100 persuna”, peress li kien użat minn aktar minn 100 qassis apprendist fit-tempju fejn jipprattikaw l-awtodixxiplina reliġjuża.