Imgħallem Ġappuniż ħallas il-prezz fenomenali ta’ 3.1 miljun dollaru biex xtara tonn kbira fl-ewwel irkant tas-sena l-ġdida f’Tokyo.
Kiyoshi Kimura xtara t-tonn tat-tip bluefin li tiżen 278 kilogrammi li hi kkunsidrata bħala ħuta fil-periklu tal-estinzjoni.
Huwa nefaq iktar mid-doppju tar-rekord ta’ qablu li kien jammonta għal 1.4 miljun dollaru li huwa ħallas fl-2013. Sidien ta’ kumpaniji tas-sushi ħafna drabi jħallsu prezzijiet għoljin għall-aħjar ħut fl-ewwel irkant li jsir fil-Ġappun.
“Il-prezz kien għola milli ħsibt oriġinarjament, però nittama li l-konsumaturi jikkunsmaw dan it-tonn eċċellenti”.
Is-Sur Kimura huwa wieħed minn dawk li lesti jħallsu prezzijiet fenomenali fl-irkant tas-sena l-ġdida għal dawn l-aħħar tmien snin.