Fil-Ġappun għaddew liġijiet ġodda li jbiddu d-definizzjoni ta’ stupru u jgħollu l-età tal-kunsens. Din hija meqjusa reviżjoni importanti tal-liġijiet dwar il-kriminalità sesswali.
Id-definizzjoni ta’ stupru nbidlet minn “sess mhux kunsenswali” għal “sess sfurzat”, liema bidla tagħmel id-definizzjoni tal-liġi Ġappuniża aktar simili ma’ pajjiżi oħra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-età legali tal-kunsens, li qabel kienet ta’ 13-il sena, żdiedet għal 16-il sena.
Liġijiet preċedenti ma pproteġux lil dawk imġiegħla jagħmlu sess, u ma kinux jinkoraġġixxu r-rappurtar ta’ reati sesswali. Dan, skont bosta attivisti, wassal għal ħafna riperkussjonijeit, fosthom deċiżjonijiet inkonsistenti tal-qrati.
Ritratt: Getty