Carmel Mangion, magħruf bħala ż-Żubina, ngħata sentenza ta’ erba’ xhur priġunerija flikien ma’ multa ta’ €5,000.
L-istess Żubina kien fost dawk fil-folla li dawwret lil Simon Busuttil quddiem il-Qorti meta ġurnalisti tagħna sfaw imsawta. Huwa wkoll bniedem li fl-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista jidher jieħu ritratti u saħansitra jintlaqa’ bil-kbir mill-membri tal-grupp parlamentari.
Iż-Żubina kien akkużat li sellef b’mod illegali lil ċartu Marvin Mckay u li hedded li se juża l-vjolenza kontrih, jew inkella kontra l-propjetà tiegħu.
Iż-Żubina kien wieħed mill-imħuħ wara l-folla organizzata mid-Dar Ċentrali li nġabret quddiem il-Qorti flimkien ma’ Simon Busuttil ftit tal-ġimgħat ilu. L-istess bniedem li kien instab ħati ta’ qtil ta’ Spanjol fl-1975, wara li iktar kmieni kien instab ħati t’attentat ta’ qtil. L-istess bniedem li weħel sitt xhur sospiżi wara li hedded lill-eks deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlandu li se joqtlu, u li d-deputata Deborah Schembri.
Fid-xhieda tiegħu fl-aktar każ riċenti kontrih, Mckay spjega li fl-2003 kien għadu kif ħa f’idejh it-tmexxija ta’ restaurant, iżda kellu problemi finanzjarji. Peress li ma xtaqx juri lill-familja tiegħu, beda jissellef il-flus b’mod illegali.
Meta ma setax ilaħħaq mal-pagamenti, irrikorra għand iż-Żubina u ssellef LM1000, li tagħhom kellu kellu jagħtih LM1,200 fil-ġimgħa ta’ wara. Peress li ma kellux dawn il-flus, baqa jħallas imgħaxx ta’ mitejn Lira fil-ġimgħa. Dan kompla jdaħħal lil Mckay f’aktar dejn ma’ aktar nies.
Fil-Qorti Mckay qal li mingħand iż-Żubina Mckay spiċċa ssellef LM7000, ċioe aktar minn €16,000. Iżda lill-Pulizija qallhom li s-somma li ssellef mingħand iż-Żubina tlaħħaq saħansirta LM32,500.
Liż-Żubina, Mckay laħaq ħallsu LM63,000. Stqarr li kien ikollu ħafna telefonati u theddid mingħandu. Darba saħansittra qallu li jekk Mckay ma jħallsux, iż-Żubina kien se jerġa’ jispiċċa l-ħabs. Iż-Żubina kien spiss imur ir-restaurant ta’ Mckay. Xhud qal li ra lil Mckay jagħti €500 liż-Żubina qabel jitlaq, f’mill-inqas tliet okkażżjonijiet.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil m’għandu ebda problema bil-preżenza taż-Żubina, tant li mhux biss issejjaħ ikun quddiem il-Qorti, iżda jidher f’bosta attivitajiet oħra tal-Partit Nazzjonalista. Nifhmu li Mangion se jkun qed jappella s-sentenza, filwaqt li dalgħodu kien għaddej ġmielu jikteb fuq facebook dwar il-politika onesta ta’ Simon Busuttil.