Galalrija ta’ appartament inħakmet minn nirien f’San Pawl il-Baħar fejn kawża tan-nirien mietu xi għasafar li kienu jinsabu miżmuma fl-appartament ta’ taħt dak li nħakem min-nirien.Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:17 fi triq l-Għabex f’San Pawl il-Baħar meta ssejħet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili mill-istazzjon tax-Xemxija. Malli waslu fuq il-post sabu li kien hemm xi ġugarelli u oġġetti oħra li nħakmu minn nirien li bdew minn gallarija ta’ appartament li jinsab fir-raba’ sular.
In-nirien infirex għall-appartament ta’ taħtu u li fih kien ammont ta’ għasafar miżmuma fejn sfortunatament kawża tan-nirien xi għasafar jitilfu ħajjithom.
Il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili daħlu minn garaxx li jisnab taħt fejn salvaw numru ta’ għasafar b’uħud oħra kien tard wisq.
Fortunatament l-ebda persuna ma ndarbet f’dan l-inċident.