Żewġ ħaddiema Rumeni jistgħu jgħodduha b’waħda wara li tqaċċtet bihom ġaġġa tal-ħadid fit-Tarzna ta’ Palumbo.
ONE News jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:15 meta l-gaġġa tqaċċtet minn ma’ krejn u spiċċat fil-baħar.
Il-ħaddiema ġew assisti mill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili u tim mediku mill-isptar Mater Dei.