Ftit aktar minn €1,275,000 inġabru b’risq id-Dar tal-Providenza f’maratona li saret fl-ewwel jum tas-sena.
Dik deskritta bħala festa ta’ ġenerożità ġabret rekord ta’ flus hekk kif inqabeż l-ammont tas-sena l-oħra b’madwar €20,000.
Preżentament din id-dar tospita mija u ħmistax-il resident li għandhom bżonn għajnuna kif ukoll attenzjoni speċjali u fl-istess waqt hija ħajt ta’ kenn għall membri tal-familja ta’ dawn ir-residenti.
Fost l-eluf ta’ persuni li wieġbu għas-sejħa, kien hemm il-Partit Laburista b’donazzjoni ta’ €1,000 b’risq dawn il-persuni li sabu l-għajnuna meħtieġa grazzi għal din id-dar li ġiet imwaqfa minn Monsinjur Mikiel Azzopardi li tat lilhom u lil familja tagħhom tama ġdida.