Sitt ijiem wara li għaqqad armata żgħira ta’ żgħażagħ sabiex jiġbru ż-żibel mormi mal-ġenb ta’ Triq il-Fortizza fil-Mosta, Adrian Delia baqa’ ma għamel l-ebda arranġament u l-iskart ħallih hemm. Dan kien is-sentiment tas-sindku tal-Mosta Romilda Baldacchino Zarb fejn saħqet li inutili li tiġbor iż-żibel minn post u tħallih mitfugħ ġo ieħor.
Intant, sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni l-Kunsill Lokali tal-Mosta għamel l-arranġamenti kollha sabiex l-iskart li ħalliet “l-armata żgħira” ta’ Adrian Delia jerġa’ jinġabar u din id-darba jintrema fejn suppost.