Fl-Ingilterra, il-Kaptan Tom Moore li għandu mitt sena se jingħata rikonoxximent mill-istat Ingliż talli ġabar €37 miljun għall-awtoritajiet tas-saħħa talli qed jiġġieldu kontra l-imxija tal-Coronavirus.
Il-veteran tal-gwerra ġabar din is-somma kbira billi beda jdur u jimxi mal-ġnien f’daru. Il-Kaptan Moore qal li jinsab grat b’dan ir-rikonoxximent mill-istat Ingliż.