F’temp ta’ xahar in-numru ta’ turisti li żaru lil pajjiżna żdiedu bi kważi erbat elef u seba’ mija.
Statistika maħruġa mill-NSO wriet li fi Frar li għadda żaru lil pajjiżna erbgħa u sittin elf, sitt mija u tlieta u għoxrin turist u qattgħu kważi ħames mija u għoxrin elf lejl bejniethom.
Il-maġġoranza assoluta tat-turisti ġew fi gżiritna għal btala.
In-nefqa tat-turisti matul Frar laħqet kważi l-erbgħin miljun ewro.