Aktar minn 180,000 persuna ħarbu mill-Punent ta’ Mosul, fl-Iraq, f’dan l-aħħar xahar. Dan hekk kif bħalissa għaddejja battalja bejn il-forzi tal-Gvern u militanti ta’ Daesh.
Uffiċjali Iraqini qalu li l-maġġor parti marru jistkennu f’kampijiet tar-refuġjati u ċentri oħra. Bosta oħra marru jgħixu għand membri tal-familja.
In-Nazzjonijiet Magħquda avżaw li madwar 320,000 persuna oħra huma mistennija li jitilqu fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-UN tinsab mħassba dwar persuni li sfortunatament jinsabu maqbuda f’Mosul, fejn bħalissa għaddejja battalja kerha u perikoluża.