Il-belt taċ-Ċina, Wuhan, – proprju ż-żona fejn oriġina l-Coronavirus – wara xahrejn ta’ lockdown totali bdiet tneħħi numru ta’ restrizzjonijiet.
Bosta folol ta’ passiġieri bdew jerġgħu jinġemgħu qrib l-istazzjon tal-ferrovija f’Wuhan hekk kif qed jitħallew jidħlu fil-belt iżda mhux jitilqu. Wuhan rat aktar minn 50,000 każ ta’ Coronavirus fejn tilfu ħajjithom minn tal-inqas 3,000 persuna.
Ritratt: AFP