Il-belt Ċiniża ta’ Wuhan, fejn oriġina l-virus is-sena li għaddiet, beda jittestja l-popolazzjoni kollha għall-Coronavirus, wara li feġġew numru ta’ każijiet ġodda fl-aħħar jiem.
Madwar ħdax-il miljun resident qed jiġu ttestjati f’tined li ntremaw apposta f’parka, komunitajiet residenzjali u fi spazji ta’ parkeġġi.
Bosta pajjiżi qed inaqqsu r-restrizzjonijiet wara li rreġistraw tnaqqis fin-numru ta’ infezzjonijiet.
Il-Ġappun neħħa l-istat ta’ emerġenza f’39 belt, filwaqt li fl-Awstralja bdew jiftħu r-ristoranti, kafetteriji u ħwienet taħt miżuri stretti ta’ distanza.