Il-livell baxx tal-ilma ħalla l-kanali f’Venezja kważi niexfa qoxqox, xahrejn biss wara l-għargħar sever li ħalla ħafna mill-belt Taljana taħt l-ilma.
Id-dgħajjes dehru qishom fuq xtajta hekk kif il-livelli ta’ ilma niżlu drastikament. Il-kanali issa, jidhru mimlijin tajn u qed tkun problema għal ħafna sabiex jivvjaġġaw fil-Belt stess.
F’Novembru li għadda Venezja esperjenzat l-ogħla livelli ta’ ilma f’aktar minn 50 sena fejn uħud tennew li dan kien riżultat tat-tibdil fil-klima.
Aktar minn żewġ terzi tal-Belt kienet taħt l-ilma, bis-Sindku jistma l-ħsara ta’ aktar minn biljun euro.
Postijiet prinċipali bħal Pjazza ta’ San Mark kienu mgħarrqa, filwaqt li l-ħwienet u n-negozji kellhom jagħlqu.
Il-livell baxx tal-ilma minkejja li huwa sinjal tajjeb sa ċertu punt l-konsegwenzi li ġab miegħu mhuwiex dak li kien mistenni. F’din il-Belt li l-livelli medji tal-ilma jistgħu jvarjaw b’madwar nofs metru, jew xi kultant saħansitra aktar.