Il-fatt li pajjiżna elimina d-defiċit u rreġistra surplus ta’ kważi 9 miljun ewro, wara 36 sena, ġab ukoll ir-reazzjoni ta’ analisti finanzjarji.
Il-messaġġ ewlieni kien l-għaqal li bih ħadem dan il-Gvern li telaq minn sitwazzjoni ta’ staġnar ekonomiku biex illum għandu iżjed flus milli daħħal u li bihom jista’ jkompli jqassam aktar ġid u jinvesti fl-infrastruttura fiżika u soċjali tal-pajjiż.