Nhar il-Ħamis li ġej ir-Renju Unit ser ikollhu referendum importanti ħafna li ser jiddetermina jibqax membru fl-Unjoni Ewropea jew le.
X’ser ikun qed jiddeċiedi l-vot ta’ BREXIT?
Il-mistoqsija hija sempliċi: Ir-Renju Unit għandu jibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea jew le?
Il-Membri Parlamentari Ingliżi li huma favur li r-Renju Unit jibqa’ membru tal- Unjoni Ewropea spjegaw li jekk il-vot ikun favur, se jiżguraw li jżommu kemm jista’ jkun ftehim stabbli mal-Unjoni. Il-ftehim jinkludi l-kunċett ta’ suq ħieles, moviment ħieles ta’ persuni u kontroll tal-immigrazzjoni.
Iżda l-Membru Parlamentari Laburista Stephen Kinnock spjega lill-BBC li anke f’sitwazzjoni fejn iċ-ċittadini Ingliżi jivottaw favur BREXIT, jekk ir-Renju Unit ma jżommx relazzjoni tajba mall-Unjoni Ewropea, l-Ingilterra taffaċja riskju kbir ta’ kriżi kostituzzjonali.
BREXIT jaf taħdem iżda jaf twassal ukoll għall-problemi. Jekk l-Ingliżi ma jibqgħux membri, ser ikollhom relazzjoni bħal dik tan-Noverġja? Minkejja li mhix membru tal-Unjoni Ewropea, in-Norveġja xorta għandha ftehim dwar kummerċ ħieles. Iżda x’garanzija għandna li r-relazzjoni mal-Unjoni Ewropea ser tkun simili?
Mistoqsija oħra hi jekk dan ir-referendum u r-riżultati tiegħu hux ser iwasslu għal tibdil ieħor, meta hemm pajjiżi ewroxettiċi oħra bħad-Danimarka. F’referendum fl-2015, id-Daniżi vvottaw kontra iżjed integrita’ mal-Unjoni Ewropea.
Id-Deputat Prim Ministru Pollakk Leszek Balcerowicz qal li huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea huma importanti li ma jkunx hemm aktar pajjiżi mħajra ma’ jibqgħux membri.
X’jiġri mill-Iskozja u l-Irlanda?
L-Iskoċċiżi
L-Iskoċċiżi huma iżjed favur li r-Renju Unit jibqa’ membru. Iżda ma rridux ninsew li fl-2014 fl-Iskozja rajna riżultat ta’ referendum viċin ħafna dwar jekk dan il-pajjiż għandux jieħu l-Indipendenza. Issa li għandna l-Iskozja favur li r-Renju Unit jibqa’ membru, f’każ ta’ BREXIT ser jsir referendum ieħor li jikseb il-200,000 vot differenza favur indipendenza?
L-Irlanda
Fl-Irlanda hemm appoġġ akbar kontra il-BREXIT meta mqabbel mal-Iskozja. Membru tal-Kabinett Irlandiż Phil Hogan spjega li BREXIT jista’ jwassal għal problemi għar-refuġjati, għaliex jekk il-vot ikun favur BREXIT, il-fruntiera mit-Tramuntana għan-Nofsinhar jerġgħu jingħalqu. L-ex Prim Ministri John Major u Tony Blair saħqu li BREXIT jaffetwa b’mod negattiv il-paċi li nkisbet fit-Trammuntana tal-Irlanda, għaliex hemm qasma bejn il-Kattoliċi u l-Protestanti dwar dan il-vot.
Min jista’ jivotta?
Għal dan ir-referendum huma eliġibbli li jivvutaw il-Brittaniċi, l-Irlandiżi u dawk iċ-ċittadini tal-Commonwealth li jgħixu l-Ingilterra, inkluż Maltin.