Ġie rrappurtat li kien hemm “bidla fit-ton” fit-taħditiet bejn Brussell u l-Partit Laburista Ingliż filwaqt li l-Prim Ministru May qed tipprova iżżomm l-awtorità tagħha.
Huwa mifhum li n-negozjaturi tal-Unjoni Ewropea żiedu d-diskussjonijiet tagħhom dwar Brexit mal-mexxej tal-Partit Laburista fl-Ingilterra Jeremy Corbyn.
Il-Prim Ministru Theresa May ilha taffaċċja sejħiet repetuti biex tirriżenja minn mindu tilfet il-maġġoranza Konservattiva f’Ġunju li għadda, bi żvolta ġdida din il-ġimgħa, hekk kif aktar minn 30 membru parlamentari tal-partit tagħha stess jixtiequ bidla fit-tmexxija.
Il-Prim Ministru iżda insistiet li hi qed tipprovdi “tmexxija kalma” lil-pajjiż, lil huwa dak li huwa meħtieġ fil-mument, u saħqet li għandha “l-appoġġ sħiħ tal-kabinett tagħha”, minkejja l-istqarrijiet tal-eks-president tal-partit, is-sinjur Grant Shapps.