Kollox jidher mitmum għall-atleti Russi wara li l-Qorti tal-Arbitru Sportiv iddeċiediet li l-atleti Russi ma jitħallewx jikkompetu f’isem pajjiżhom fl-Olimpjadi ta’ Rio, ix-xahar id-dieħel.
Dan fid-dawl li ntqal li l-atleti Russi kienu għaddejin fuq programm ta’ doping li allegatament kien appoġjat mill-istat.
Numru ta’ parteċipanti Russi jistgħu jikkompetu bħala atleti newtrali madankollu l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu sejjaħ id-deċiżjoni fil-konfront tar-Russja bħala att kriminali kontra l-isport.
Intant fil-Brażil, diversi persuni ġew arrestati wara li huma suspettati li kienu qed jippjanaw attakki terroristiċi waqt l-Olimpjadi.