Mill-Kwart tal-Finali tal-kompetizzjoni Knock Out, Pietà Hotspurs, Luxol, Valletta u Birkirkara qatgħu l-passaġġ għas-semifinali.
L-iktar waħda faċli kienet għal Valletta li rebħu bl-iskor ta’ 17-0 kontra t-tim ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Luxol. Xalata ta’ gowls b’tripletti għal Gia Nikvashvili u Rafael Rodriguez, doppjetti għal Denis Di Maio, Andre Ciancio, Dylan Musu u Clint Farrugia, flimkien mal-gowls ta’ Melvin Borg, Shawn Vella u Camilo Andrez Vanegas Gomes.
Pietà Hotspurs għamluha wkoll għas-semifinali u eliminaw lil holders ta’ din il-kompetizzjoni, meta għelbu lit-tim tal-Istudenti tal-Università ta’ Malta bl-iskor ta’ 4-2. Il-Hotspurs kellhom lil Karl Sciortino li skurja xejn anqas minn tliet gowls, flimkien mal-gowl ta’ Dexter O’Brien. Għall-Universitarji skurjaw Daniele Degennaro u Cleaven Portelli.
Fiż-żewġ logħbiet l-oħra Luxol għelbu lil Swieqi United bl-iskor ta’ 5-4 u Birkirkara għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 9-4.
Matul din il-ġimgħa kompla wkoll l-Malta FA Futsal League, fejn mir-rawnd tal-Elite Birkirkara u Swieqi United baqgħu b’punti ndaqs f’nofs il-klassifika wara dro missielet ta’ 5-5. Valletta komplew bis-serje ta’ rebħiet meta għelbu lit-tim tal-Università ta’ Malta bl-iskor ta’ 6-4.
Mill-Ewwel Diviżjoni, rebħa kbira ta’ 10-0 għat-tim ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Luxol kontra UM Futsal Academy.
Klassifika Elite
Valletta 45; Luxol 39; Birkirkara & Swieqi United 28; Tarxien Rainbows & L-Università ta’ Malta 15.
Klassifika L-Ewwel Diviżjoni
Pietà Hotspurs 18; Swieqi United U21 & Luxol U19 12; UM Futsal Academy 3.
Din il-ġimgħa:
It-Tnejn 4 ta’ Marzu
Luxol vs Birkirkara (fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fit-20:15)
It-Tlieta 5 ta’ Marzu
Swieqi United vs Tarxien Rainbows (fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fit-20:15)
Il-Ħamis 7 ta’ Marzu
Swieqi United vs Luxol (fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fit-20:15)
Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu
Tarxien Rainbows vs L-Università ta’ Malta (fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fit-20:15)
Pietà Hotspurs vs Luxol U19 (fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke fid-20:45)