L-Erbgħa wara nofsinhar it-tim nazzjonali Malti tal-futsal beda bl-impenji tiegħu fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej 2026.
F’dan l-ewwel impenn kontra Skozzja, Malta rebħet 4 – 1 biex għalhekk waslet l-ewwel rebħa f’kompetizzjoni Ewropeja.
It-tim nazzjonali Malti mar fil-vantaġġ permezz ta’ Marwan Telisi wara biss tlett minuti b’Giancarlo Sammut ftit tal-ħin wara jagħmel l-iskor 2 – 0.
It-tim Malti, taħt it-tmexxija tal-kowċ Gabriel Dobre, irnexxilu jiskorja żewġ goals oħra fit-tieni taqsima permezz ta’ Celino Alves u Michael Borg.
Apparti Skozzja, fl-stess grupp flimkien ma’ Malta insibu lill-Ġibiltà u lill-Iżvizzera.
It-tim Malti jerġa jkun fl-azzjoni l-Ħamis kontra Ġibiltà.
Ritratt: Joe Borg