It-tim nazzjonali Malti tal-Futsal ilbieraħ ħalla Malta lejn in-Norveġja, għall-impenji li għandu minn Grupp B ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-2024.
L-iskwadra magħmula minn 15-il plejer u mmexxija mill-Kowċ Zeljko Anicic hija magħmula minn:-
Goalkeepers – Clint Mifsud (Luxol St Andrews Futsal Club), Stefan Vella (Luxol St. Andrews Futsal), Dylan Cacciattolo (University of Malta Futsal).
Outfield players – Karl Sciortino (Valletta FC Futsal), Dale Valletta (University of Malta), Dylan Musú (Luxol St. Andrews Futsal), Matthew Attard (Luxol St. Andrews Futsal), Gian Carlo Sammut (FC Kingersheim Futsal), George Frendo ( Ta’ Xbiex Sports Club Futsal ), Melvin Borg (Luxol St. Andrews Futsal), Mark Zammit (Luxol St. Andrews Futsal), Ryan Muscat (Siggiewi FC Futsal), Luke Gatt (Valletta Futsal), Cleaven Portelli (University of Malta Futsal), Armando Gjepali ( Mellieha Futsal).
L-ewwel logħba għall-Maltin tkun nhar għada l-Erbgħa fit-tlieta ta’ waranofsinhar (ħin ta’ Malta) kontra d-Danimarka. F’dan il-grupp hemm ukoll Ċipru flimkien man-Norveġja li qed jospita dawn il-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni.