Waqt l-aħħar kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-futbol f’Għawdex ġew introdotti regoli ġodda li ser jidħlu fis-seħħ mill-istaġun li ġejja wara li l-istaġun li għadda kellu jieqaf ħesrem minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
Disa’ timijiet ser jipparteċipaw fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex wara li F.C. Għarb Rangers iddeċiedew li jilgħabu fit-Tieni Diviżjoni minkejja li ma kienux relegati. Dan ifisser li fit-Tieni Diviżjoni ser jipparteċipaw ħames klabba biss li huma Munxar Falcons, St Lawrence Spurs F.C., Qala Saints FC, Żebbuġ Rovers F.C flimkien mal-stess Għarb Rangers.
Żewġ plejers barranin huma eleġibbli li jilgħabu għal kull tim fl-Ewwel Diviżjoni filwaqt li plejer barrani wieħed jista’ jilgħab għat-timijiet fit-Tieni Diviżjoni.