Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa Mark Gatt sejjaħ l-skwadra għal aħħar żewġ partiti ta’ kwalfikazzjoni lit-tim nazzjonali Malti għandu kontra l-Azerbaijan u l-Montenegro rispettivament.
Lis-skwadra magħżula hija din:-
Goalkeepers – Patricia Ebejer (Mġarr United), Janice Xuereb (Birkirkara).
Difensuri – Rebecca Bajada, Maia Debono (Mġarr United), Jessica Dimech, Jade Flask, Jade Schembri (Swieqi United), Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Charlene Zammit (Birkirkara), Nicole Sciberras (Hibernians).
Midfielders – Rachel Cuschieri (Sampdoria), Emma Lipman (Como), Maya Lucia (Raiders Lija), Alishia Sultana (Birkirkara), Dorianne Theuma, Shona Zammit (Swieqi United).
Attakanti – Brenda Borg (Mġarr United), Haley Bugeja (Orlando Pride), Ylenia Carabott (Gillingham), Maria Farrugia (Durham), Emma Xuereb (Swieqi United).
L-ewwel impenn għal Malta huwa l-Ġimgħa 2 ta’ Settembru kontra l-Azerbaijan fil-19.30 fic-Centenary Stadium filwaqt li fit-tieni konfront Malta tilgħab barra mill-pajjiż fil-6 ta’ Settembru kontra l-Montenegro.
Ritratt: MFA / Mark Zammit Cordina