Il-Ħamis filgħaxija, it-tim ta’ Floriana ġew eliminati mill-UEFA Europea League wara li tilfu fl-għoti tal-penalties kontra Flora Tallin, bl-iskor ta’ 4-2.
Ġewwa l-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali, sad-90 minuta r-riżultat baqa’ kif beda, dak ta’ 0-0. Marru għal ħin barrani u l-iskor baqa’ l-istess u b’hekk wara l-120 minuta kellhom imorru għal penalties.
Iż-żewġ penalties għaċ-champions Maltin ġew skurjati minn Fonseca u Busuttil, waqt li fallew Keqi u Venancio. Għat-tim mill-Estonja skurjaw Lillander, Kreida, Kuusk u Kiivak, waqt li Kreida falla t-tielet penalty wara save tal-gowlkeeper Furjaniż Atkpan.
It-tim Furjaniż wasal sat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, wara li f’Awwissu, fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League tilfu mat-tim Rumen CFR Cluj bl-iskor ta’ 2-0. Imbagħad bit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, it-tim Furjaniż ġewwa l-Irlanda rebaħ bl-iskor ta’ 1-0 kontra t-tim ta’ Linfield FC.