AĠĠORNATA
Minn stħarriġ li għamel ONE NEWS, jirriżulta li Villa Rosa għandha permess għal sala ta’ tiġijiet u huwa minnu li kien hemm każi fejn din ma mxietx mal-permess.
Tant li l-Pulizija ħadet azzjoni iktar minn darba u l-każ qiegħed il-Qorti, b’kawżi li huma skedati għas-27 ta’ Ottubru u s-sebgħa ta’ Diċembru. Jirriżulta li l-Pulizija se titlob li dan il-każ jinstema’ b’iktar urġenza.
AKTAR KMIENI
Dean Camilleri ħabbar li mhux se jagħmel l-istrike, wara li l-Prim Ministru sema’ dak li kellu xi jgħid.
https://www.youtube.com/watch?v=BqFTceTUQvo
Dean Camilleri, raġel ta’ 31 sena minn Pembroke, dalgħodu sebaħ quddiem Kastilja fejn qed jgħid li se jgħamel strike tal-ġuh minħabba l-istorbju eċċessiv li joħroġ minn Villa Rosa.
Qal li se jdum kemm hemm bżonn sakemm l-awtoritajiet jieħdu azzjoni. “Kull ġimgħa l-istess storja. Il-mużika tibda fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar u tibqa’ sejra sakemm jgħalqu l-post il-pulizija,” qal Camilleri. L-operaturi ta’ Villa Rosa ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet f’kummenti lit-Times of Malta dalgħodu.
Hu u dieħel fil-laqgħa tal-Kabinett l-Prim Ministru stieden lil Camilleri ġewwa.