Raġel li nstab ħati fuq serq kellu s-sentenza tiegħu ta’ 15-il sena ħabs mibdula għal waħda ta’ probation wara li l-Qorti tal-Appell semgħet li r-raġel qed iżomm ‘il bogħod mid-droga. Sean Micallef kien instab ħati b’serq aggravat minn stationary fil-Ħamrun.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ordnat probation ta’ 3 snin.