Sirjan ta’ 19-il sena tpoġġa fuq ordni ta’ probation wara li ammetta akkużi b’rabta ma’ argument li kellu ma raġel ieħor fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far.
Fil-Qorti ntqal li Mustafa Mohammed Alaboud kkaġuna ġrieħi f’wiċċ raġel ieħor, li ħebb għalih u li heddu. Intqal ukoll li l-vittma ħafer lill-akkużat u li għandu problema biex jikkontrolla r-rabja.
Il-Maġistrat Ian Farrugia poġġa lill-akkużat fuq ordni ta’ trattament filwaqt li ġiet imposta fuqu ordni ta’ trażżin għal tliet snin.