Bejn Diċembru tal-2013 u Jannar li għadda żdiedu bi kważi erbat elef ruħ, il-ħaddiema li jaħdmu full-time f’Għawdex.
Dan ħareġ minn tweġiba parlamentari li ta t-Tlieta filgħaxija, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fejn preżenta tabella tat-total ta’ nies li jaħdmu fis-settur pubbliku, fis-settur privat jew għal rashom f’Għawdex.
Filwaqt li f’Diċembru ta’ seba’ snin ilu, kien hawn disa’ elef, ħames mija u sitta u għoxrin ruħ li jaħdmu full-time f’Għawdex, f’Jannar li għadda, dan in-numru tela’ għal tlettax-il elf erba’ mija u sebgħin ruħ.
L-ammont ta’ nies li jaħdmu full-time u part-time f’Għawdex kien ilaħħaq il-ħmistax-il elf disa’ mija ħamsa u ħamsin ruħ f’Jannar li għadda.
In-numru ta’ dawk li jaħdmu full-time u part-time fi tmiem l-elfejn u tlettax kien ta’ ħdax-il elf, ħames mija u erbgħa.
Mit-tweġiba mogħtija fil-Parlament ġie nnutat ukoll li kien hemm żieda fin-numru ta’ nisa jaħdmu full-time f’Għawdex.
Filwaqt li f’Diċembru ta’ seba’ snin ilu kien hemm tliet elef, mitejn u ħdax-il mara taħdem full-time f’Għawdex.
F’Jannar, dan in-numru tela’ għal ħamest elef u wieħed u erbgħin.