Fid-diskors politiku tal-Ħadd filgħodu fuq NETFM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien mistoqsi dwar l-emendi fil-liġi li qed jippreżenta l-Gvern fil-kundizzjonijiet marbuta mal-kisba tad-divorzju.
Hawnhekk Bernard Grech tkellem dwar meta hu kien kontra d-dħul tad-divorzju f’pajjiżna.
Filwaqt li l-Gvern propona bdil ta’ liġi introdotta kważi għaxar snin ilu, biex din tirrefletti r-realtajiet tal-lum, issa Bernard Grech saħaq li għadu jrid jiddiskuti.
Qal, “Oppożizzjoni, għaliex l-Oppożizzjoni mhijiex shallow, l-Oppożizzjoni ħa tkun qed tiddiskuti internament.”
Intant f’intervista ta’ madwar kwarta, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech reġa’ tefa dubji fuq il-vaċċin tal-Covid-19.
Huwa infexx jattakka lill-Prim Ministru Robert Abela u qal li l-Prim Ministru qed jittama lill-poplu bil-vaċċin.
Qal, “Il-Prim Ministru qiegħed jittamana li l-vaċċin se jsolvi kollox.”
Din id-dikjarazzoni ssegwi oħrajn mill-Kap tal-Oppożizzjoni fejn fiha qal li jittama li dan il-vaċċin jiffunzjoni l-istess Oppożizzjoni kienet saħqet li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni.
Quddiem ċertifikati pożittivi mill-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu u l-inqas rata ta’ qgħad fiż-żona Ewro, Bernard Grech ukoll kien negattiv.
Hu qal, “Sal-lum forsi għadna imneħirna ftit ‘il fuq minn wiċċ l-ilma imma jistgħu jgħaddu xhur fejn ħa nkunu taħt l-ilma.”