Kompliet toħroġ il-firda fil-Partit Nazzjonalista bejn il-fazzjoni magħmula minn esponenti estremisti, li qed tmexxi lill-Kap attwali Bernard Grech minn imnieħru, u l-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Konflitt, li l-għan warajh hu li jerġa’ jirritorna l-eks Ministru ta’ żmien GonziPN u l-avukat tal-għaqda Repubblika Jason Azzopardi.
Barra l-Parlament, staqsejna lil għadd ta’ deputati tal-Oppożizzjoni jekk il-Partit Nazzjonalista għandux bżonn aktar nies bħal Jason Azzopardi, b’Beppe Fenech Adami u Mario De Marco saħansitra jigglorifikaw lil Azzopardi.
ĠURNALIST: “Jason Azzopardi qed jiġi mfaħħar ħafna minn ta’ madwarek, taqbel li Jason Azzopardi għandu post fil-PN?”.
BEPPE FENECH ADAMI: “Jien naħseb li Jason Azzopardi bħala ċittadin għamel ħafna xogħol tajjeb”.
MARIO DE MARCO: “L-ewwelnett għax m’għandux ikollu post fil-PN?!” “Jason Azzopardi huwa persuna valida”.
Mhux tal-istess opinjoni kienu d-deputati li ma jarawx għajn m’għajn mad-deputati estremisti tal-Partit Nazzjonalista, ewlenin fosthom l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia u d-Deputat Joe Gigio.
ADRIAN DELIA: “Ma naħsibx li hu etiku min-naħa tiegħi fuq ċittadin.
ĠURNALIST: “L-opinjoni tiegħek imma?”
ADRIAN DELIA: “L-opinjoni tiegħi li fuq ċittadin privat ma ngħaddix kumment”.
JOE GIGLIO: “Dak ix-xogħol li qed jagħmel qed jagħmlu għalih waħdu … Jason qed jaħdem waħdu”.
Staqsejna wkoll deputati oħrajn Nazzjonalisti li, biex ma jfuħux u lanqas jintnu mal-ebda fazzjoni fil-Partit, għażlu li sempliċiment jaħarbu mill-mistoqsija.