F’temp li taħsbu li bdiet ir-rebbiegħa, fi sqaq qalb il-kampanja f’Wied il-Għajn, saret l-ewwel fun run ta’ kilometru li fiha ħadu sehem diversi persuni b’abbiltajiet differenti li huma membri tal-fondazzjoni Inspire. Din il-fun run serviet bħala preparazzjoni għal fun run oħra li se ssir il-Ħadd li ġej u li fiha se jieħdu sehem ukoll bosta tfal, fosthom dawk bl-awtiżmu.
Adelaide Silva, waħda mill-organizzaturi ta’ din il-ġirja saħqet dwar l-importanza tal-attività fiżika.
“L-iskop tal-lum apparti li nagħtu ċans għal dawk li ma jisgħux jiġu xtaqna wkoll li nippreparaw it-tfal li huma fuq l-ispetrum tal-awtiżmu pereżmepju, biex flok jiġu dakinhar u tkun sorpriża għax ħa jsir, għedna nippreparawhom billi diġà jkunu jafu r-rotta minn fejn se jgħaddu eċċetra. Aħna nemmnu ħafna fl-importanza li tiċċaqlaq ta’ attività fiżika u nipprovaw kemm jista’ jkun fil-programmi tagħna ndaħħlu dan it-tip ta’ kunċetti.”
Qabel il-fun run tal-Ħadd, se tkun qed issir tellieqa ta’ ħames mili organizzata mill-organizzazzjoni mhux governattiva dwar is-saħħa Evolve, attività li minnha se jinġabru flus b’risq l-Inspire.
Il-fondazzjoni Inspire għandha diversi proġetti ppjanati fosthom xogħlijiet fuq l-istruttura tal-kumpless.