Ilbieraħ wara nofsinhar xarabank privata tat-turisti waqgħet fix-xmara Po qrib Pjazza Vittorio fuq il-Pont Vittorio Emanuele I f’Turin.
Skont rapporti x-xarabank kienet vojta fil-waqt tal-inċident għajr għax-xufier li ttella’ ħaj iżda miet ftit wara.
Jidher li għall-ħabta tas-5:45 pm, waqt li kien qed jirriversja, ix-xarabank laqtet il-bankina tal-konkrit u baqet nieżla fix-xmara Po.
Fuq il-post marru mill-ewwel ħaddiema tas-salvataġġ, pulizija lokali, karabinjeri kif ukoll xi nies li kienu bil-kenuri jipprattikaw l-isport fuq ix-xmara, sabiex tingħata l-ewwel għajnuna.
Ix-xufier, Nicola di Carlo ta’ 64 sena, inħareġ mill-vettura ħaj iżda miet ftit wara. Tliet persuni li kienu fil-qrib intlaqtu mix-xarabank waqt l-inċident. Jidher li x-xufier, li kien mill-provinċja ta’ Campobasso, kien ukoll il-propjetarju tax-xarabank.