Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Clint Camilleri, fetaħ il-Wine Appreciation Event bħala parti mill-kampanja Wines of Distinction. Dawk preżenti setgħu japprezzaw il-livell ta’ nbejjed il-produtturi tal-għasir tal-għeneb f’Malta u Għawdex.
L-iskop ta’ din il-kampanja, li se tintemm din is-sena, huwa li ċittadini Maltin kif ukoll dawk li jgħixu f’Malta jagħrfu d-dedikazzjoni u x-xogħol kollu li jsir biex inbid ta’ kwalità bħal DOK Malta, DOK Gozo u IGT Maltese Islands.
Minkejja li dawn iċ-ċertifikazzjonijiet ilhom 10 snin u li l-perċezzjoni dwar l-inbid lokali kienet qed tieħu xejra aktar pożittiva, kien jidher ċar li hemm bżonn ta’ aktar għarfien dwar dawn il-prodotti u l-kwalità li joffru.
Is-Segretarju Parlamentari Camillieri qal li meta sena u nofs ilu tnediet il-kampanja Wines of Distinction, l-għan ewlieni kien biex il-pubbliku ikun infurmat dwar l-inbejjed biċ-ċertifikazzjoni tad-DOK Malta, DOK Gozo u l-IGT Maltese Islands. Huwa spjega kif saru diskussjonijiet mal-produtturi tal-inbid dwar il-bżonnijiet tagħhom u li flimkien ffurmaw pjan biex ikompli jsir investiment fil-kampanja ta’ promozzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikloltura Clint Camilleri qal li bis-suċċess li tat din il-kampanja, il-pjan huwa li ssir kampanja oħra li tinfirex fuq prodotti agrikoli lokali oħra.