Ingħata bidu għall-14-il edizzjoni tal-maratona ta’ 60 siegħa futbol b’risq Puttinu Cares fil-Marsa Sports Ground.
Maratona mifruxa fuq 3 ijiem, li se sservi ta’ ħarġa għall-familja kollha b’attivitajiet li żgur jolqtu l-gosti ta’ kulħadd.
Fil-preżenza t’għexieren ta’ studenti ċkejknin minn skejjel differenti, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tat bidu għall-maratona – li din is-sena se tara s-sehem ta’ xejn inqas minn 800 tim.