Ftit tal-jiem oħra mistennija tasal it-tieni kunsinja tat-tilqima tal-influwenza.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne waqt li kien qed jirrispondi għal mistoqsija Parlamentari.
Hu spjega kif it-tieni kunsinja se tibda tingħata aktar tard dan ix-xahar.
L-ewwel kunsinja kienet waslet f’Settembru fejn fi ftit jiem kienu eluf ta’ persuni li tlaqqmu kontra l-influwenza.
L-ewwel fil-lista biex jitlaqqmu kienu persuni vulnerabbli hekk kif is-servizz saħansitra ġie offrut anke fi djarhom biex b’hekk jevitaw kull tip ta’ kuntatt bla bżonn u b’hekk inaqqsu r-riskju.