Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kien kostrett iħassar il-laqgħa tal-Eżekuttiv.
Fi żviluppi fl-aħħar minuti qabel suppost kellha tibda laqgħa tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fl-isfond tal-ġlied, il-Partit Nazzjonalista qal li tħassret il-laqgħa tal-eżekuttiv.
Is-sorsi ta’ ONE News qal li Bernard Grech beża’ li Adrian Delia kien se jagħmel xenata fl-eżekuttiv u għalhekk ċeda u ħassar il-laqgħa.
Fi żvilupp ieħor, Jason Azzopardi kellu jammetti li ma qalx il-verità fuq Adrian Delia.
F’kummenti barra d-Dar Ċentrali, Bernard Grech għotor quddiem il-mistoqsijiet tagħna u ta’ ġurnalisti oħra li staqsewh kif issa hu magħruf li huwa laħaq Kap fuq allegazzjonijiet irtirati.
Dan fl-isfond li Jason Azzopardi kien il-perċimess anki b’dik li kien sejjaħ bħala ‘Blue Heroes’, għodda li biha neħħa lil Adrian Delia minn Kap fuq allegazzjonijiet li issa rtira.
Quddiem dan kollu, Bernard Grech qal li hu ntgħażel Kap f’elezzjoni.
Saħaq li spiċċa ż-żmien tat-teatrini.
Intant Adrian Delia ntlaqa’ b’ċapċip minn dawk leali lejh.
Sadanittant id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi flok wieġeb lill-ġurnalisti ħarab u talabna nħalluh għax ried imur jara l-futbol.