Il-maġġoranza tal-Maltin li fl-2016 għażlu li ma jsifrux m’għamlux dan minħabba raġunijiet finanzjarji.
Dan jirriżulta minn statistika tal-Unjoni Ewropea li wriet li fl-2016 kien hemm 40% tal-Maltin li għażlu li ma jieħdux btala barra l-pajjiż.
Filwaqt li fl-Unjoni Ewropea 47.8% qalu li ma sifrux għal raġunijiet finanzjarji, f’Malta dan in-numru kien biss ta’ 27.3%.
Fil-fatt il-Maltin huma fost l-inqas fl-Ewropa li jsemmu l-flus bħala raġuni għaliex m’għaddewx ftit jiem f’xi pajjiż ieħor.
18.6% semmew raġunijiet ta’ saħħa u 25% qalu li ma kellhom ebda ħajra. L-istatistika turi wkoll li l-ammont ta’ Maltin li qed isiefru qed dejjem jiżdiedu u saħansitra jonfqu iktar ukoll. Xhieda tat-titjib ekonomiku f’pajjiżna.