Wara n-nomina tiegħu bħala President ta’ Malta, Dr George Vella formalment informa lil Partit Laburista li bħala korrettezza, kemm hu kif ukoll martu Miriam kienu qed jirriżenjaw minn Delegati u Membri tal-Partit Laburista.
L-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista laqa’ t-talba ta’ Dr Vella u s-Sinjura Vella filwaqt li rringrazjah u awguralu għall-ħidma tiegħu.