Tul id-dibattitu reġgħet dehret id-differenza. Il-membri tal-parlament ewropew tal-partit laburista tkellmu favur Malta, iżda mhux l-istess David casa u Roberta Metsola. Sħab Casa u Metsola fil-Parlament Ewropew irrepetew kliem Simon Busuttil, filwaqt li oħrajn innotaw is-suċċessi ta’ Malta u nnotaw kif f’dibattitu bħal dan ma kellux ikun individwat pajjiż wieħed.