Bejn l-2001 u din is-sena kien hemm 69 każ fejn persuni tressqu l-Qorti mill-Pulizija dwar allega użu abbużiv tal-kompjuter. Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal lid-Deputat nazzjonalista Chris Said li kien hemm 58 każ li tressqu bi kwerela u 11 fuq inizjativa tal-Pulizija.