F’Texas mara ġiet arrestata wara li nstabu fdallijiet tal-ġisem ommha, fl-appartament li kienu jgħixu fih iż-żewġ nisa, flimkien mat-tfajla ta’ 15-il sena.
Il-pulizija temmen li l-mara ta’ 71 sena, mietet wara li waqgħet fl-2016. Bintha ta’ 47 sena qed tiġi mixlija li naqqset li toffri l-assistenza li ommha kienet teħtieġ. Minħabba f’hekk, il-mara mietet wara ftit jiem.
L-iskelettru tal-vittma nstab fil-kamra tas-sodda tagħha. Waqt li bintha u t-tifla tagħha kienu jorqdu fil-kamra tas-sodda l-oħra.
L-akkużata qed tiġi mixlija wkoll li għamlet ħsara lil bintha li fi żmien li kienet qed tgħix taħt l-istess saqaf mal-katarvru ta’ nannitha, kellha anqas minn 15-il sena. It-tfajla bħalissa qed tgħix mal-qraba tal-familja u qed tingħata l-għajnuna mill-aġenzija tal-protezzjoni tat-tfal.
Il-mara ta’ 47 sena tista’ teħel sa massimu ta’ 20 sena ħabs u multa li tammonta sa $10,000.
Jidher li l-vittma kienet irrispetata ħafna fil-kommunità li kienet tgħix fiha. Hi ħadmet għal 35 sena bħala segretarja fl-iskola tal-lokal.
Ritratt: Getty Images