Ħaddiem fl-Ajruport, fl-istat ta’ Texas, tilef ħajtu wara li nġibed ġo magna tal-ajruplan.
L-ajruplan tad-Delta airways, kellu magna waħda mixgħula.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident għadu mhux magħruf kif seħħ iżda ma jidhirx li seħħ minħabba nuqqas ta’ proċeduri ta’ sigurtà.
Għaddejja wkoll investigazzjoni separata minn aġenzija tal-Gvern.
L-ajruplan, Airbus A319, wasal San Antonio il-Ġimgħa filgħaxija, b’titjira mill-Ajruport ta’ Los Angeles.