In-numru ta’ nies mejta minħabba żewġ trombi u maltemp f’Tennessee tela’ għal 25 persuna.
F’Nashville – l-ikbar belt f’Tennessee – it-trombi kkawżaw ħsara f’diversi djar u bini ieħor.
Il-maltemp beda tard bil-lejl meta persuni u familji li kienu reqdin ma kellhomx ċans isibu kenn.
Hemm numru ta’ persuni li għadhom irrapportati nieqsa f’xena li qed tkun deskritta bħal dik ta’ gwerra.
Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jżur l-istat il-Ġimgħa.