F’Novembru tas-sena li għaddiet komplew jiżdiedu dawk b’xogħol full-time u anki part-time.
Dan ħareġ skont ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Dan hekk kif skont din l-istatistika mill-NSO, f’Novembru tal-2021 dawk f’xogħol full-time żdiedu bi kważi 4%, waqt li dawk il-ħaddiema part-time bħala x-xogħol primarju żdied bi kważi 6% meta mqabbel ma’ Novembru tas-sena ta’ qabel, jiġifieri l-2020.
F’termini ta’ numri dan ifisser kif f’temp ta’ sena, jiġifieri bejn Novembru tal-elfejn u għoxrin u Novembru tal-elfejn wieħed u għoxrin kien hemm żieda ta’ disat elef, mija ħamsa u sittin ħaddiem full-time.
Dan filwaqt li dawk bla xogħol komplew jonqsu wkoll. Dan hekk kif skont l-istatistika tal-NSO, f’temp ta’ sena kien hemm nuqqas ta’ iżjed minn elf u seba’ mitt persuna.
Skont l-NSO, l-aktar li kkontribwixxew għal din iż-żieda kienu fis-settur tal-kostruzzjoni u dawk l-akkomodazzjoni u t-turiżmu.
F’din l-istatistika ħareġ ukoll kif f’temp ta’ sena kien hemm żieda ta’ ħaddiema fis-settur privat b’iżjed minn tmint elef ħaddiem, waqt li fis-settur pubbliku f’temp ta’ sena kien hemm żieda ta’ elf ħaddiem full-time.
Bejn Novembru 2020 u Novembru 2021 kien hemm żidiet fl-irġiel u n-nisa li jaħdmu full-time. Dan hekk kif l-irġiel full-time żdiedu b’ħamest elef ħaddiem. Dan filwaqt li n-nisa full-time żdiedu b’erbat elef u mitt ħaddiem.