Mijiet ta’ dimostranti ħarġu fit-toroq tal-belt kapitali Iranjana, Tehran, biex jesprimu ruħhom fejn qed isostnu li l-uffiċjali huma giddibin wara li ċaħdu li l-ajruplan Ukren iġġarraf kawża ta’ missila li sparaw.
Il-protesti saru barra żewġ universitajiet, fejn ġie rrapportat li ġie sparat gass tad-dmugħ. Il-President Amerikan Donald Trump tweetja messaġġ ta’ appoġġ għad-dimostranti.
Is-Sibt li għadda, l-Iran ammetta li l-ajruplan li abbord kien hemm 176 persuna, iġġarraf kawża ta’ missila li sparaw. Sfortunatament ħadd ma salva f’dan il-każ.