Dan il-ftehim qed isir biex studenti tas-sekondarja ikunu jistgħu jesperjenzaw ix-xogħol ta’ raħħal filwaqt li jkunu qed jistudjaw is-suġġett.
Ir-raġuni ta’ ftehim bħal dan ifisser li d-dinja edukattiva u d-dinja tax-xogħol jersqu lejn xulxin biex jipprovdu l-aqwa edukazzjoni bi preparamenti għall-ħajja u mhux għall-eżamijietlil.
Sar investiment ta’ għaxar miljun ewro f’workshops b’rabta mas-suġġetti applikati, li fis-sena skolastika li ġejja se jkunu total ta’ disgħa.
Is-Segretarju Clifton Grima semma kif l-edukazzjoni qed toffri għodod ġodda biex l-istudenti jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.
Il-Ministru Evarist Bartolo qal li dan il-ftehim huwa importanti għaliex is-settur agrikolu jsaħħaħ l-ekonomija Maltija filwaqt li jippreserva l-ambjent.
Paul Poretelli, bidwi full time, ġej minn familja li taħdem il-biedja, qal li minkejja li għamel tmintax-il sena jaħdem f’lukanda il-ġibda lejn il-biedja waslitu biex ta’ 36 sena jibda jaħdem dak li hu passjonali dwaru.