Is-sena d-dieħla se jiġu nnegozjati ftehimiet settorjali ġodda għall-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u dawk tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fil-qari tal-Baġit għas-sena d-dieħla bit-tema ‘Pajjiż ta’ Kwalità’, fejn spjega li kien dan il-Gvern li ta l-ewwel ftehimiet settorjali lil dawn il-ħaddiema.
Hawn, il-Ministru Caruana rrefera għal ftehim settorjali għall-membri tal-Korp tal-Pulizija, fejn is-sena d-dieħla, il-Gvern se jkompli jsaħħaħ miżuri li daħħlu fl-aħħar baġit u li ntlaqgħu tajjeb ħafna.
Dan filwaqt li se tittejjeb l-iskema, li bdiet din is-sena, għal dawk li jdumu aktar minn 25 sena fis-servizz u jilħqu d-29 sena servizz.